Mara ta’ 48 sena min-Naxxar tinsab fil-periklu tal-mewt wara inċident tat-traffiku f’Ta’ Xbiex.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-sagħtejn u kwart ta’ waranofsinhar fi Triq il-Prinċipessa Margerita.
Immedjatament fuq il-post marru l-Pulizija, li mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-mara kienet qed issuq karozza u waqt li kienet qiegħda tirriversja, laqtet karozza oħra li kienet ipparkjata, kif ukoll stage tal-linja.
Il-mara ngħatat l-għajnuna minn tim mediku u ttieħdet l-isptar b’ambulanza.
Il-Maġistrat tal-Għassa Kevan Azzopardi ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.