Mara ta’ 33 sena minn Tas-Sliema tinsab fil-periklu tal-mewt wara li ntlaqtet minn karozza tal-għamla Nissan March li kienet qed tinstaq minn ġuvni ta’ 25 sena minn San Ġwann.
L-inċident seħħ fil-kwarta ta’ dalgħodu fi Triq Ġużè Howard f’Tas-Sliema.
Fuq il-post issejħet l-għajnuna ta’ tim mediku li ħa lill-mara l-isptar Mater Dei għal aktar kura.
Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr Neville Camilleri li fetaħ inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-pulizija, b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.