Pollakka ta’ 47 sena tinsab fil-periklu tal-mewt wara li ntlaqtet minn Vettura f’Għawdex.
L-inċident seħħ is-Sibt f’nofshinar, meta anzjan ta’ sebgħa u sebgħin sena mill-Għasri tajjar lill-mara fi Triq l-Imġarr fix-Xewkija.
Fuq il-post immedjatament issejħet ambulanza b’tim mediku li ħadet lill-mara l-Isptar Ġenerali t’Għawdex.
Għal dan l-inċident infetħet inkjesta mill-Maġistrat Simone Grech, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.