Għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ waranofsinhar, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq Dun Karm, l-Imsida.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li seħħet ħabta bejn Toyota Vitz misjuqa minn mara Ġermaniża ta’ 40 sena, Peugeot 3008 misjuqa minn raġel ta’ 32 sena residenti Ħal Qormi u Toyota Vitz misjuqa minn mara ta’ 63 sena residenti Santa Luċija.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti lill-mara ta’ 63 sena u ambulanza ħaditha l-Isptar Mater Dei fejn ġiet ċċertifikata bi ġrieħi serji.
Iż-żewġ xufiera l-oħra ma sofrewx ġrieħi.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Yana Micallef Stafrace LL.D. ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.