Anzjana ta’ tmenin sena mill-Gżira tinsab fil-periklu tal-mewt, u mara oħra qed issofri minn ġrieħi gravi, wara li kienu nvoluti f’inċident stradali f’San Pawl il-Baħar.
L-inċident seħħ is-Sibt filgħaxija għall-ħabta tad-disgħa u nofs fi Triq it-Turisti kantuniera ma’ Triq Għawdex, meta seħħet ħabta bejn vettura tat-tip BMW misjuqa minn raġel ta’ erbgħa u tletin sena minn San Pawl il-Baħar, u vettura tat-tip Hyundai Getz misjuqa minn Taljan ta’ sebgħa u ħamsin sena minn San Pawl il-Baħar. Fil-Hyundai kien hemm żewġ passiġġieri nisa – anzjana Taljana ta’ tmenin sena, u mara oħra li l-identità tagħha mhix magħrufa.
Iż-żewġ nisa ingħataw l-ewwel għajnuna fuq il-post minn tim mediku u ttieħdu l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn l-anzjana ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi serji, u l-mara l-oħra sofriet minn ġrieħi gravi.
Dwar il-każ infetħet inkjesta Maġisterjali, u l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.