Mara ta’ tmienja u tletin sena minn San Pawl il-Baħar tinsab fil-periklu tal-mewt wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku.
Mill-ewwel investigazzjonijiet tal-pulizija irriżulta li għal xi raġuni, vettura tat-tip Toyota Hilux li kienet qed tinstaq mill-mara, inqalbet. L-inċident seħħ fi Triq l-Imqabba fis-Siġġiewi fl-erbgħa u nofs tal-Ħadd filgħodu.