Għall-ewwel darba fid-Danimarka, mara ngħatat multa wara li libset velu li jgħatti l-wiċċ fil-publiku. Dan wara li nhar l-Erbgħa li għadda daħlet liġi li tipprojbixxi proprju dan.
Il-midja lokali rrapportat kif mara ta’ 28 sena ngħatat multa wara li spiċċat f’argument ma’ mara oħra li ppruvat tneħħilha l-velu.
Il-liġi l-ġdida kellha kritika kbira minn għaqdiet li jitkellmu favur id-drittijiet tal-bnedmin fejn saħansitra saru wkoll protesti.