Pollakka ta’ 47 sena li tgħix Ħaż-Żabbar qed issofri minn ġrieħi gravi wara inċident bil-mutur f’Birkirkara.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-3:45pm fi Triq l-Imdina, meta għal xi raġuni l-mara tilfet il-kontroll tal-mutur li kienet qed issuq u nqalbet. Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex tingħata l-kura meħtieġa.
Aktar tard hija ġiet iċċertifikata li qegħda ssofri minn ġrieħi ta’ natura gravi. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.