Mara ta’ 22 sena mietet wara li waqgħet it-taraġ fi stazzjon fi New York waqt li kienet qed iġorr il-pram bit-tifla.
It-tifla ta’ Malaysia Goodson, Rhylee ngħatat it-trattament fuq il-post. Hi ma kelliex ġrieħi ġravi u tinsab mal-familja tagħha.
L-inċident qajjem il-punt tal-aċċessibilità fis-subway.
Goodson ġiet ċertifikata mejta fl-isptar Mt Sinai West. Hi kienet qed tixtri fil-belt u kellha “ħafna basktijiet xi ġġorr u tarbija fi pram”.