Mara ta’ 26 sena mill-Maċedonja u li tgħix San Pawl il-Baħar qed issofri ġrieħi gravi wara li waqgħet għoli ta’ madwar erba’ sulari f’xaft.
Il-każ seħħ aktar kmieni llum, għall-ħabta tas-7.30am, fi Triq G.F Agius De Soldanis, Birkirkara.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u talbet l-assistenza tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, kif ukoll ta’ tim mediku li ħa lill-mara l-Isptar Mater Dei
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.