Mara qed issofri minn ġrieħi gravi wara li għall-ħabta tal-10.00 sfat milquta fi Triq il-Qawra, San Pawl il-Baħar.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li mara Rumena ta’ 59 sena sfat milquta minn vettura tat-tip Toyota Aygo, misjuqa minn mara ta’ 60 sena, residenti n-Naxxar.
Il-mara ttieħdet l-isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza biex tingħata l-kura meħtieġa, fejn aktar tard ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.