Mara ta’ 56 sena minn Ħal Qormi qed issofri minn ġrieħi gravi wara li ntlaqtet minn vettura aktar kmieni t-Tnejn.
L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ 12:00 fi Triq San Bartolomew, Ħal Qormi, meta l-vittma ntlaqtet minn karozza tat-tip Nissan Note. Din kienet qed tinstaq minn mara ta’ 49 sena residenti Ħal Qormi.
Il-mara ttieħdet l-Isptar Mater Dei għall-kura, fejn aktar tard, kien ikkonfermat li qed issofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.