Mara ta’ 49 sena mill-Fgura, li kienet passiġġiera fuq mutur, qed issofri minn ġrieħi gravi wara li s-sewwieq tilef il-kontroll tal-mutur u nqaleb bih. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-17:00 fi Triq Blue Grotto, iż-Żurrieq.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-mara l-isptar għal aktar kura. Aktar tard hija ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.
Is-sewwieq, raġel ta’ 50 sena mill-Fgura, jidher li ma sofra ebda ġrieħi.