Għall-ħabta tas-13.15, seħħ inċident stradali fi Triq Ta’ Tlampa, ir-Rabat.
Minn investigazzjonijiet preliminari illi saru rriżulta li kien seħħ impatt bejn mutur tat-tip Peugeot Tweet misjuq minn raġel Franċiż ta’ 55 sena u Toyota Hilux misjuq minn raġel ta’ 48 sena residenti Ħaż-Żabbar.
Flimkien mas-sewwieq tal-mutur, kien hemm mara Franċiża ta’ 55 sena. Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet liż-żewġ Franċizi l-Isptar Mater Dei sabiex jingħataw il-kura meħtieġa.
Aktar tard il-mara ġiet iċċertifikata li qegħda ssofri minn ġrieħi ta’ natura gravi filwaqt li r-raġel ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura ħafifa. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.