Mara ta’ 57 sena sofriet ġrieħi gravi wara inċident tat-traffiku fl-Imsida lbieraħ waranofsinhar.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-siegħa u nofs fi Triq Dun Karma l-Imsida, fejn intalbet l-assistenza tal-Pulizija.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-ħabta seħħet bejn Citroen Nemo misjuqa minn raġel ta’
47 sena residenti Santa Luċija, u Citroen C4 misjuqa minn mara ta’ 57 sena residenti s-Swieqi. Mal-mara kien hemm ukoll passiġġier raġel ta’ 38 sena residenti l-Gudja.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ħadu t-tliet persuni l-Isptar Mater Dei, fejn aktar tard il-mara ġiet iċċertifikata li sofriet minn ġrieħi gravi, u ż-żewġt irġiel sofrew ġrieħi ħfief.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.