Mara qed issofri minn ġrieħi gravi wara ħabta fi Triq Valletta, Mqabba.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-14.30 meta seħħ impatt bejn vettura tat-tip Hyundai Getz li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 32 sena residenti Ħal Qormi u Kia Ceres misjuqa minn raġel ta’ 54 sena residenti Birkirkara.
Il-mara ttieħdet l-isptar Mater Dei biex tingħata l-kura meħtieġa fejn aktar tard ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.