Mara b’36 ġimgħa tqala ddaħħlet l-isptar wara hit and run f’Tas-Sliema.
Kien ilbieraħ għall-ħabta tad-21:00 ta’ filgħaxija fi Triq Mikiel Anton Vassalli f’Tas-Sliema meta vettura, li mhix identifikata, kellha impatt ma’ vettura tat-tip Toyota Vitz misjuqa minn mara ta’ 36 sena residenti Santa Venera li qed tistenna tarbija.
Ġara li x-xufier tal-vettura l-oħra ħarab minn fuq il-post bil-karozza.
Fuq il-post issejħet ambulanza fejn ħadet lill-mara l-isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa fejn aktar tard hi ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi ħfief.
Sfortunatament ħadd ma ra l-pjanċa tar-reġistrazzjoni fejn kien għalekk li oħt l-istess mara qed tappella għall-għajnuna fejn qed titlob lil kull min kien fuq il-post biex jgħaddi kull tip ta’ informazzjoni lill-Pulizija.
Il-Pulizija kkonfermat ma’ ONE News dan il-każ fejn qalet li bħalissa għaddejja bl-investigazzjonijiet.