Mara ta’ 44 sena minn San Pawl il-Baħar ġiet arrestata b’rabta ma serqa minn ħanut tal-annimali fil-Marsa.
Kien nhar il-25 ta’ Jannar, meta daħal raġel l-Għassa tal-Pulizija tal-Ħamrun jirraporta li xi ħadd seraqlu ammont ta’ flus mill-cash register. Mill-istħarriġ li sar, anke permezz ta’ filmati tas-sigurtà, il-Pulizija identifikat lill-persuna li allegatament wettqet is-serqa u l-mara ġiet arrestata.
Hi mistennija titressaq il-Qorti llum, għall-ħabta tas-siegħa ta’ waranofsinhar, quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Josette Demicoli LL.D.