Mara ta’ nazzjonalità Bulgara li għandha 31 sena ġiet arrestat mill-pulizija tad-distrett tal-Belt Valletta lbieraħ wara jiem ta’ osservazzjoni b’rabta ma’ reati ta’ pickpocketing.
L-arrest seħħ ġewwa l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta hekk kif il-mara kienet qed tipporova titlaq mill-pajjiz.
Minn stħarrig intensiv li sar, irriżulta illi din il-persuna kienet involuta f’diversi reati oħra fil-Belt Valletta kif ukoll fil-Mosta.
Il-mara mistennija titressaq il-Qorti llum għall-ħabta ta’ nofsinhar quddiem il-Maġistrat Dr J Micallef Stafrace LL.D.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan il-każ għadha għaddejja.