Il-Pulizija sabu ġisem waqt li kienu qed ifittxu proprjetá f’South Carolina, fejn mara nieqsa instabet marbuta b’katina qisha kelb.
Sheriff lokali qal li t-tfittxija fiż-żona ta’ mitt tomna għadha għaddejja, sabiex jiġi identifikat jekk ir-raġel mixli bil-qtil ta’ din il-mara wettaqx aktar reati ta’ dan it-tip.
Todd Kohlhepp, ta’ 45 sena, li jinsab fuq il-lista ta’ dawk li għamlu reati sesswali, kien arrestat il-Ħamis b’konnessjoni ma’ dan il-qtil.
Il-mara misjuba kienet ilha nieqsa minn Awwissu ta’ din is-sena, flimkien mas-sieħeb tagħha.
Hija nstabet il-Ħames wara li l-Pulizija semgħu tisbit u twerżieq ġej minn kontejner f’Woodruff, tmenin mil fil-Majjistral ta’ Columbia.