Il-Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil, ma jridx jitkellem dwar l-impjiegi. Dan f’mument fejn dawk jirreġistraw għax-xogħol huma n-nofs ta’ li kienu fi żmien il-Partit Nazzjonalista fil-Gvern. Anke jekk skont il-previżjonijiet ta’ Simon Busuttil il-qgħad kellu jitla għal 8000.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil, mar żmerċ b’4,500 persuna fil-previżjonijiet li għamel b’rabta mal-qasam tal-impjiegi.
Sas-sena 2014, sena wara li nħatar Kap tal-Oppożizzjoni kien għadu qed jgħid li bil-Partit Laburista fil-gvern l-qgħad kien se jitla għal tmien t’elef persuna.
Iżda, minflok niżel għal 3,500 persuna biex għal darb oħra Busuttil mar żmerċ bil-kbir. Illum ma jridx jikkummenta dwar is-suġġett.
Meta kien diġa’ Kap tal-Oppożizzjoni u l-gvern kien qed jimplimenta għadd ta’ miżuri bi-għan li joħloq ix-xogħol Busuttil baqa’ jirrepeti dak li kien diġa qal qabel l-elezzjoni li bil-labour fil-gvern ma jinħoloqx xogħol.
Iżda minflok tela’, il-qgħad niżel għal livelli li qat ma kien baxx hekk.
Il-previżjonijiet ta’ Busuttil dwar ix-xogħol ilhom ħżiena minn dakinhar li ddeċieda li fit-toroq Maltin kellhom jittellgħu billboards b’wiċċ Joseph Muscat impinġi aħmar u ta’ Lawrence Gonzi mpinġi blu. Dakinhar kiteb li l-aħmar ifisser qgħad u l-blu ifisser xogħol.
“Il-Labour huwa garanzija ta’ qgħad,” kien iddikjara Simon Busuttil, dakinhar Viċi-Kap tal-Partit Nazzjonalista.
Filwaqt li żied li huwa l-Partit Nazzjonalista li jġib garanzija ta’ xogħol.
Dakinhar Simon Busuttil ma riedx bidla fid-direzzjoni. Kien qal li l-poplu Malti ma kellux jibdew id-direzzjoni biex jgħid li bidel id-direzzjoni.
Iżda, id-direzzjoni inbidlet u l-previżjonijiet negattivi ta’ Simon Busuttil ma ġrawx.
Filfatt, skont il-Eurostat, pajjiżna issa għandu t-tieni l-anqas rata ta’ qgħad fl-Unjoni Ewropea.