L-eks President tal-Kulleġġ tal-Kunsilliera tal-Partit Nazzjonalista, Ian Castaldi Paris, iddikjara li l-każ tal-Lowenbrau huwa wieħed mill-ikbar skandlu li se jkollu jġorr il-Partit Nazzjonalista.
Qal dan l-eks Sindku Nazzjonalista li tenna li “l-iktar li se jaffaxxina lill-poplu hu kif il-PN jemmen li m ‘hemmx xi jwieġeb.”
Fil-programm Pjazza, Castaldi Paris tenna li l-iktar ħaġa skandaluża f’dan kollu hi li l-persuna li marret tajjeb huwa l-persuna li tah €250,000 biex jiffinanzja lill-partit.
“Huwa kumbinazzjoni? Illum il-kumbinazzjonijiet ma jeżistux,” qal Castaldi Paris li tenna li llum kulħadd jifhem għaliex il-Partit Nazzjonalista qatt ma daħħal il-liġi tal-finanzjament tal-partiti.