Sally-Anne Jones- ċittadina Ingliża li kkonvertiet għall-Iżlam u bdiet tgħaqqad in-nies biex jiġġieldu għall-Istat Iżlamiku, ġiet maqtula fi strajk mill-Forzi Amerikani fis-Sirja f’Ġunju li għadda.
Dan ġie rrapportat għall-ewwel darba mill-gazzetta Ingliża The Sun.
Jones, li kellha 48 sena u kienet minn Chatham f’Kent, ingħaqdet mal-hekk imsejjaħ Stat Islamiku wara li kkonvertiet ruħha għall-Islam u, għalkemm ma kellhiex taħriġ militari preċedenti, vjaġġat lejn is-Sirja fl-2013.
Il-korrispondent tas-sigurtà tal-BBC Frank Gardner qal li Jones kienet aġent ta’ propaganda utli fuq il-midja soċjali għall-Istat Iżlamiku u għalhekk il-mewt tagħha kienet “sinifikanti”
Il-Pulizija Ingliża irrifjutat li tikkummenta pubblikament, iżda madankollu huma ma ċaħdux l-istorja.