Ħu l-mexxej tal-Korea ta’ Fuq Kim Jong-un, li jismau Kim Jong-nam, inqatel f’attakk fil-kapitali tal-Malażja, Kuala Lumpur. Il-Pulizija tal-Malażja qalet li kien qed jistenna fl-ajruport għal titjijra lejn Macau lbieraħ, meta mara għattietlu wiċċu permezz ta’ biċċa drapp, u ħarqitlu għajnejh. Huwa kien qed juża passaport b’isem falz.
Kim Jong-nam, li jiġi ħu Kim-Jong-un biss minn naħa tal-missier, kien ħarab mill-Korea ta’ fuq wara li ma kienx ikkonsidrat biex imexxi l-pajjiż. Hu mifhum li d-drapp li użat il-mara qattiela kellha xi forma ta’ likwidu fiha.