Għat-tmien sena konsekuttiva ngħalqet b’suċċess l-inizjattiva Children’s Dreams. Din is-sena b’kollox inqatgħet ix-xewqa ta’ elfejn disa’ mija u għaxar tifel u tifla.
Qalet, “Din is-sena kellna 1,900 holma li ġew maqtugha li ammontaw għal madwar €170,000. Dan ifisser ħafna u jikkonfemra l-ġenoriżita u anki l-poplu jemmen li anki t-tfal għandhom dritt għall-ħolm tagħhom.”
Spjegat li minkejja t-tnaqqis ta’ 4.5% ta’ nies f’riskju ta faqar xorta waħda għanda nibqgħu inkunu ta’ sostenn għan-nies fil-bżonn. Grech fakkret ukoll fiċ-Children’s Fund Malta li minnu din is-sena ġew investiti tminn t’elef ewro lil dawn il-familji fil-bżonn.
Spjegat kif, “Filwaqt li huwa sabiħ li niftakru f’dawn it-tfal f’dan iż-żmien u kemm huwa importanti li matul is-sena kllha nibqghu niftakru fit-tfal. Għal dan il-għan ghandna c-childrne’s fund li din is-sena użajna minnu €8,000 li kellhom bżonn dawn il-minuri.”
Min-naħa tiegħu l-Ministru għas-Solidarjetà Soċjali Michael Falzon sostna li dak li baqa’ kostanti hija l-qalb kbira tal-Maltin.
Hawnekk huwa rringrazzja lil kull min ta sehmu f’din l-inizjattiva.
Il-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għall-Ħarsien Soċjali Alfred Grixti sostna li din l-inizjattiva setgħet tittella’ grazzi għall-ħidma ta’ ħafna professjonisti li jafu lill-klijenti tagħhom b’mod individwali.
Spjega li tul din is-sena dsatax-il elf u ħames mitt persuna ġew mgħejjuna mill-Fondazzjoni għall-Ħarsien Soċjali.