Il-Ministru għall-finanzi tal-Unjoni Ewropea qablu dwar pakkett ta’ miżuri finanzjarji li jammonta għal €500 biljun għall-pajjjiżi Ewropej li huma milquta minħabba l-pandemija Coronavirus.
Iċ-Chairman tal-Eurogroup, Mário Centeno, ħabbar li ntlaħaq dan il-ftehim wara diversi diskussjonijiet li ħadu jiem.
Dan il-miżuri tħabbru hekk kif il-Prim Ministru Spanjol qal li l-pajjiż kien viċin li jgħaddi mill-agħar perjodu tat-tifqigħa tal-Coronavirus. Spanja huwa l-aktar pajjiż Ewropew milqut mill-pandemija.
Il-Kap tal-Fond Monetarju Interjazzjonali, Kristalina Georgieva, wissiet li d-dinja qed taffaċċja l-agħar kriżi ekonomika minn dik li esperjenzat id-dinja fis-snin tletin.