Is-Sibt filgħaxija għall-ħabta tas-sitta ta’ filgħaxija l-Protezzjoni Ċivili ġew imsejjħa sabiex jassitu żewġt irġiel li ntilfu f’ Wied Babu, bil-konsegwenza li ma setawx issibu t-triq lura u baqgħu mwaħħlin taħt l-irdum. F’ temperatur kiesħa u riħ bħal ma għamel fl-aħjar jiem dawn iż-żewġ persuni setgħu spiċċaw ferm agħar li kieku ma kienetx il-ħidma tal-Protezzjoni Ċivili mmexxija mill-Istation Officer Mark Brincat.