Il-Pulizija u Uffiċjali mid-Dipartiment tad-Dwana qabdu 8,060 sigarett f’garaxx wara li telefonata anonima għadditilhom informazzjoni dwar sigaretti li kienu qed jinbiegħu illegalment. 3,560 minn dawn is-sigaretti fil-fatt kienu tal-kuntrabandu.
Fi stqarrija ġie spjegat li persuna ċemplet l-għassa tal-Pulizija taż-Żurrieq, b’informazzjoni li ammont ta’ sigaretti qed jitħażnu u jinbiegħu illegalmet minn garaxx fl-Imqabba. Il-Pulizija infurmat lid-Dwana b’dan kollu minnufih, u wettqu l-investigazzjoni flimkien.
Huma rrigrazzjaw lill-persuna li għadditilhom l-informazzjoni, u appellat biex kull min ikollu xi informazzjoni simili, jagħmel rapport magħhom.
Ritratt: Dipartiment tad-Dwana