330 kilo marijuana ġet issekwestrata f’Ragusa fi Sqallija kif ukoll ġew arrestati żewġ persuni; it-tnejn Sqallin. Id-droga kienet x’aktarx iddestinata lejn Malta skond siti tal-aħbarijiet Sqallin.
Il-valur tad-droga jaqbeż it-3 miljun ewro u skond l-istess rapporti f’ siti tal-aħbarijiet Sqallin, din qed titqies bħala l-akbar qabda li qatt saret fil-provinċja ta’ Ibla.
Jidher li d-droga nstabet f’qiegħ falz ta’ trailer. Il-pulizija ta’ kontra d-droga nnutaw xi irregolaritajiet u talbu dokumenti lil Massimo Battaglia ta’ 39 sena u Carmelo Incardona ta’ 52 sena.
Dawn ma kkoperawx magħhom. Fi tfittxija ġo waħda mid-djar tal-arrestati nstabet ukoll arma tan-nar li kienet insterqet ftit xhur ilu.