Erba’ mappep ta’ żmien l-Assedju l-Kbir ġew rikonoxxuti uffiċċjalment mill-UNESCO, għall-wirt storiku tagħhom.
Il-mapep kienu jservu bħala aħbarjiet għall-mexxejja kattoliċi ta’ madwar l-Ewropa ta’ dak iż-żmien, fejn dawn kienu jaraw x’avvanzi qed jagħmlu t-torok f’Malta, u fiex tinsab id-difiża tal-Kavallieri.
Huma se jkunu qed jitpoġġew fil-MUŻA, il-mużew ġdid għall-arti fil-Belt Valletta li mistenni jinfetaħ fil-ġimgħat li ġejjin.