L-eks Chief of Staff tal-Ministru Nazzjonalista Austin Gatt kiteb kontra l-miżura tal-Gvern fil-Budget għall-2022 ta’ trasport pubbliku b’xejn għal kulħadd.
Dan ħareġ biċ-ċar fi blog li kiteb b’reazzjoni għal din il-miżura jum biss wara li tħabbar il-Budget mill-Ministru Clyde Caruana.
Huwa ddeskriva din il-miżura li se tkun qed tiffranka mat-€300 mill-bwiet tal-Maltin li jużaw it-Trasport pubbliku kuljum, bħala eżerċizzju ta’ propaganda.
Mhux talli hekk, talli qal li b’din il-miżura l-Gvern ikun qed jaħraq €20 miljun.
Manuel Delia kien il-moħħ ewlieni wara l-proġett tal-Arriva li falla sa mill-ewwel jum.
Dan hekk eluf ta’ passiġġiera li regolarment kienu jagħmlu użu minn dan is-servizz tħallew sigħat sħaħ jistennew karozzi tal-linja li ħafna drabi ma tfaċċaw qatt.
Saħansitra d-diżastru tal-Arriva kien wassal għal żufjett fil-konfront ta’ pajjiżna minn mexxejja internazzjonali fosthom Boris Johnson li dak iż-żmien bħala Sindku ta’ Londra, kien ddieħaq bil-bendy busses f’pajjiżna għal mod ta’ kif kienu qed iwaħħlu t-toroq Maltin.
Kien saħaq li l-bendy buses wikkiehom lil Malta.