Il-Qorti tal-Appell annullat deċiżjoni tal-Qorti li ttieħdet fl-2021 li ma laqgħetx każ ta’ malafama mressaq mill-ġurnalist tal-Malta Today, Raphael Vassallo, kontra l-blogger Manuel Delia.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Vassallo kien fittex bil-Qorti fuq artiklu li fih Manuel Delia kien ta x’jifhem li l-ġurnalist tal-MaltaToday kien “parti mill-konfoffa tal-mafja li qatlet lil Daphne Caruana Galizia”.
Il-Qorti tal-Appell kienet ippresjeduta mill-Imħallef Lawrence Mintoff. Raphael Vassallo ngħata kumpens ta’ €1,000.