L-esponent ewlieni tal-fazzjoni ta’ Simon Busutill, Manuel Delia infexx imaqdar u jikkritika l-akbar investiment infrastrutturali ta’ pajjiżna, il-proġett tal-junction tal-Marsa.
F’artiklu, il-moħħ wara l-Arriva f’Malta u l-eks chief of staff tal-Ministru Austin Gatt, infexx jirredikola l-proġett b’seba’ flyovers, u għal iktar minn darba uża l-kliem the spaghetti junction.
Fil-fatt jgħid li dan hu l-aqwa spaghetti junction fid-dinja.
Manuel Delia spiċċa jinsulenta lill-Prim Ministru u lil martu u jgħid lil Prim Ministru jekk qatt ħariġx mid-dar.
Skont Manuel Delia, proġett bħal ma hu dak tal-junction tal-Marsa, m’għandux jirċievi tifħir fid-dinja.
Qal li proġett bħal dak tal-Marsa juri l-falliment ta’ bliet mhux żviluppati.
Fil-fatt Manuel Delia kompla jattakka l-proġett u qal li dan m’hu l-ebda miraklu tal-inġinerija u d-dinja mhux se tinnutah.
Hu sejjaħ il-proġett bħala geġwiġija ta’ toroq u saħaq li dan il-proġett mhux se jiġbed nies lejh, anzi jbiegħdhom minn Malta.