Il-blogger Manuel Delia fetaħ proċeduri Kostituzzjonali dwar id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Appelli, li laqgħet talba ta’ libell mill-opinjonista tal-MaltaToday, Raphael Vassallo.
Huwa ddikjara li d-deċiżjoni tal-Qorti tħalli effett negattiv fuq id-dritt tal-libertà tal-espressjoni.
Ix-xahar li għadda il-Qorti tal-Appell qatgħetha li Vassallo għandu jitħallas elf ewro f’danni fuq artiklu ppubblikat fuq il-blogg ta’ Delia, li fih allega li Vassallo kien parti mill-konfoffa mafjuża li qatlet lil Daphne Caruana Galizia.
Din id-deċiżjoni reġġgħet lura oħra preċedenti li kienet favur Delia, li kienet ingħatat mill-Qorti tal-Maġistrati fl-2021.
F’talba bl-avukati tiegħu – Therese Comodini Cachia, Eve Borg Costanzi, Andrew Borg Cardona u Matthew Cutajar – Manuel Delia ddikjara li d-deċiżjoni tal-Qorti għandha “effett li jqajjimlek ġismek xewk xewk” u li tikser id-dritt tal-libertà tal-espressjoni.