Il-Qorti rrifjutat it-tieni tabla għall-ħelsien mill-arrest mid-difiża ta’ Andrew Mangion, l-eks raġel ta’ Eleanor Mangion Walker li qed ikun akkużat bil-qtil tagħha.
Iktar kmieni din il-ġimgħa, l-avukat difensur ta’ Mangion qal li f’Marzu, l-ewwel talba għall-ħelsien mill-arrest ma ngħatatx minħabba biża li l-akkużat seta’ babas xi provi tal-każ, u nuqqas ta’ xhieda. Iżda, għaxar xhur wara l-arrest tiegħu, ma jistax ikun għad hemm dan ir-riskju.
Madanakollu Andrew Mangion se jinżamm fil-kustodja tal-Pulizija, mhux biss minħabba l-akkuża tal-qtil ta’ eks martu, iżda wkoll talli ħeba l-katavru u kien fil-pussess tad-droga kannabis.
Il-Qorti qalet ukoll li ma għandha ebda garanzija li jibqa’ Malta jekk Andrew Mangion jingħata l-ħelsien mill-arrest.