Il-kowċ tat-tim nazzjonali Devis Mangia tkellem personalment ma’ tas-South End Core wara kummenti li ta fuq il-logħba tal-bieraħ fejn Malta tiflet 7-1 kontra l-Kroazja f’Ta’ Qali.
Dan wara li xi partitarji fil-grawnd bdew jinsulentaw lill-plejers, kif ikkonferma wkoll il-grupp tas-South End Core.
Il-grupp ikkundanna dawn l-insulti u qal li kritika kostruttiva hija tajba imma mhux dik distruttiva u għalhekk wera solidarjetà mal-plejers.
Il-grupp tas-South End Core spjega li Mangia ħassu mweġġa’ bil-kummenti insolenti ta’ xi partitarji, li qal li ma kinux minn tas-South End Core.
Il-kowċ ta’ Malta spjega li jekk persuna tiżbalja hemm mod kif tikritika però ma għandekx tgħajjar u tiżżufjetta bi plejer tat-tim tiegħek stess.
Mangia saħaq li ma jridx jarmi dak li bena dawn is-sentejn.
Huwa rringrazzja lil dawk li dejjem kienu wara t-tim nazzjonali Malti, saħansitra dawk li jsiefru barra biex isegwu lit-tim Malti jilgħab.
Ritratt: MFA/Facebook