Jekk irridu l-paċi fl-Ewropa, irridu nsaħħu d-difiża tagħna. Dan kien messaġġ ewlieni li għadda Manfred Weber, il-Kap tal-Partit Popolari Ewropew, l-EPP, waqt konferenza tal-aħbarijiet mill-Parlament Ewropew fi Strasburgu.
Weber:“If you want to keep peace, we have to be strong, so strong that nobody is ready to attack us.”
Din id-dikjarazzjoni tikkonferma l-kampanja tal-Partit Popolari Ewropew, li fih hemm imsieħeb il-Partit Nazzjonalista, favur aktar investiment fl-armamenti fl-Unjoni Ewropea. B’dikjarazzjoni li ntqalet ukoll mill-President tal-Parlament Ewropew, Roberta Metsola.
B’dan kien ġie rrapportat, fost l-oħrajn, mis-sit awtorevoli Politico, iżda meta l-istess rapport kien sar minn ONE News, Metsola pprovat tgiddibna u waqt li attakkat lil dan l-istazzjon u lill-Prim Ministru Robert Abela.
Fil-konferenza tal-aħbarijiet fi Strasburgu, Weber sostna li l-Unjoni Ewropea għandha tiddefendi ruħha b’kull mod possibbli, inkluż b’armi tal-akbar qawwa.
Tenna li dan għandu jseħħ malajr kemm jista’ jkun.
Weber: “We discover the limits of Europe’s preparedness to war and conflicts, and that’s why we quickly upgrade our capacities.”
Il-Kap tal-Partit Popolari Ewropew sostna wkoll li fil-ħmistax li ġejjin, il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula von der Leyen, se tħabbar kif l-Unjoni Ewropea se ssaħħaħ id-difiża tagħha. Hu qal li dan se jseħħ fuq insistenza tiegħu għal dawn l-aħħar xahrejn fil-Parlament Ewropew.
Ix-xahar li għadda, Manfred Weber, il-ħabib ta’ Roberta Metsola, David Casa u Simon Busuttil, li hu s-Segretarju tiegħu, kien qal li l-Ewropa tmur għall-gwerra kontra r-Russja b’armi nukleari.
Ara wkoll: