Il-Gvern ressaq mandat ta’ inibizzjoni kontra l-unjin tal-infermiera u l-qwiebel, l-MUMN wara azzjonijiet industrijali li ordnat.
Fil-mandat ta’ inibizzjoni mressaq fil-Prim Awla Ċivili tal-Qorti, il-Gvern qal li r-rikors qed isir fl-isfond t’azzjonijiet industrijali li jxekklu l-għoti tas-servizz tas-saħħa anki f’dan iż-żmien tal-pandemija.
Fost direttivi li qed tagħti l-MUMN hemm azzjoni fl-isptar tal-onkoloġija Sir Anthony Mamo.
ONE News huwa infurmat li l-azzjonijiet tal-MUMN iIllimitaw l-operazzjonijiet tal-emerġenzi u azzjonijiet oħra ħolqu problemi biex pazjenti jidħlu fis-sala mill-emerġenza u b’hekk damu biex ħadu l-kura.