Il-Qorti Kriminali Internazzjonali f’The Hague ħarġet mandat ta’ arrest kontra l-President Russu, Vladimir Putin. Il-Qorti qed takkużah li huwa responsabbli għal delitti tal-gwerra fl-Ukrajna, inkluża d-deportazzjoni illegali ta’ tfal. Infatti, inħareġ ukoll mandat kontra l-Kummissarju tar-Russja għad-Drittijiet tat-tfal.
Ir-Russja ripetutament ċaħdet li l-forzi tagħha wettqu atroċitajiet fl-Ukrajna.
Il-Kelliema tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin tar-Russja qalet li d-deċiżjoni tal-Qorti Kriminali Internazzjonali ma tfisser xejn.
Aktar kmieni r-Russja heddet li teqred kwalunkwe ajruplani tal-ġlied mogħtija lill-Ukrajna mill-alleati tagħha, wara li l-Islovakkja u l-Polonja wegħdu dawn ajruplani.
Sadanittant, ix-xewqa tal-Finlandja li tissieħeb fl-alleanza militari tan-NATO fl-aħħar kisbet l-appoġġ tal-President tat-Turkija. Il-Finlandja qed tabbanduna n-newtralità militari tagħha fl-isfond tal-invażjoni tar-Russja tal-Ukrajna.