Il-klabb Ingliż ta’ Manchester City offrew il-grawnd tagħhom, l-Etihad Stadium lis-settur tas-saħħa Ingliż sabiex jiġġieled il-pandemija tal-Coronavirus.
Il-klabb Ingliż se jkun qed jagħti l-faċilitajiet tiegħu għal kull bżonn li għandu bżonn is-settur tas-saħħa.
Fl-Ingilterra, se jkun qed jinbnew 3 sptarijiet temporanji f’Londra, Manchester u Birmingham, li huma ta’ prekawzjoni jekk il-każijiet ikollhom jiżdiedu b’mod drastiku l-każijiet tal-Coronavirus.