“Se tkunu terrorizzati għall-eternità.”
Hekk qal il-pastor tar-River of Love Gordon-John Manchè wara li semma personalitajiet fosthom ġurnalist u anki liċ-Chairman ta’ dan l-istazzjon, Jason Micallef.
Manchè qal dan wara diversi rapporti dwaru u dwar il-komunità tiegħu, hekk kif intqal li seta’ kien hemm rabta bejn is-suspettat fil-qtil ta’ Paulina Maria Dembska, Abner Aquilina, u l-Knisja Evanġelika River of Love.
Waqt li kien qed jitkellem waqt laqgħa ta’ talb ta’ siegħa li saret l-Erbgħa, Manchè qal hekk.
Qal, “Nifhem għaliex jagħmlu hekk, għax jekk inti ma doqtx l-imħabba ta’ Alla, ħa tagħmel bħal missierek. Hemm żewġ missirijiet fid-Dinja, jew Alla l-missier jew id-dimonju. Skont missierek taġixxi. Like father like son.”
Manchè spiċċa jgħid hekk lin-nies fil-midja.
Qal, “Minn qalbi ngħidilkom li nitħassarkom, għax inthom ma doqtux l-imħabba allura ma tantx nista’ nistenna minn għandkom. I cannot expect much better, imma jekk inthom tridu isalvaw, jekk inti ma tridx tintefa’ fl-abbissi tal-Infern u tista’ tagħmel programm u toqgħod titmejjel biha, għax qed tbeżżagħna bl-infern, tħabbilx rasek meta tmut mhux se tibża’, se tkun iterrorizzat.”