Il-btajjel tal-Għid u l-Ġimgħa Mqaddsa komplew iqajjmu l-ekonomija Għawdxija hekk kif numru kbir ta’ Maltin u turisti rħewlha lejn din il-gżira biex iqattgħu ftit jiem ta’ mistrieħ.
Tkellimna ma’ Joe Muscat mill-Assoċjazzjoni Għawdxija għat-Turiżmu, li sostna li l-ewwel indikazzjonijiet qed juru li d-domanda għall-akkomodazzjoni f’Għawdex kienet tajba ħafna.
Muscat spjega wkoll li b’konsegwenza ta’ dan ir-ristoranti u postjiet ta’ divertiment ukoll jaraw żieda fix-xogħol tagħhom. Huwa spjega wkoll li din iż-żieda ta’ turisti li żaru lil Għawdex kienet riżultat ukoll għal pjanijiet li wettaq il-ministeru għal għawdex flimkien mal-partijiet konċernati kollha.
Grazzi għal dan id-djarju ta’ attivitajiet għal żmien il-Ġimgħa Mqaddsa, Għawdex qed jibqa popolari mat-turisti anke f’dawn iz-zminijiet.