Greta u Melanie, żewġ handlers li jagħmlu parti mit-tim tal-K9 Urban Search & Rescue Malta, flimkien maż-żewġt iklieb tagħhom, Toby, Zara u Logan, telgħu n-Norveġja għal avventura differenti.
Dan hekk kif dawn il-membri mit-tim ta’ salvataġġ f’każ ta’ diżastru naturali, rħewlha lejn pajjiż ieħor biex jitħarrġu fuq metodi ġodda ta’ salvataġġ flimkien ma’ professjonisti fil-qasam fin-Norveġja.
Fost it-taħriġ, iż-żewġ handlers flimkien mal-klieb tagħhom, nagħtaw xenarji differenti ta’ tiftix f’każ ta’ xi persuni li jispiċċaw jintradmu taħt it-terrapien u għalekk huma flimkien mal-klieb kellhom isibu lil dawn il-persuni permezz tax-xamm u taħriġ estensiv li ngħataw tul is-snin Malta.
Iż-żewġ membri tal-K9USAR Malta sostnew kif minkejja li kollox kien ġdid f’att ta’ xenarji u anke l-fatt li kienet l-ewwel darba li l-klieb telgħu barra l-pajjiż fuq taħriġ, spjegaw kif kienet esperjenza mill-isbaħ u li żgur mhux se jinsew.
Spjegaw kif tul il-jiem ta’ taħriġ fin-Norveġja, kienu bosta handlers u esperti fil-qasam li jagħmlu parti mit-tim ta’ salvataġġ fin-Norveġja li qasmu l-pariri tagħhom u kif ukoll metodi tagħhom li jwettqu tul l-operazzjonijiet li jkollhom.
Permezz ta’ taħriġ bħal dan, handlers flimkien mal-klieb li jagħmlu parti mill-K9USAR Malta, ikunu jistgħu jiksbu aktar esperjenzi u kif ukoll għarfien f’każ ta’ diżastri naturali.
Il-K9USRM jitħarreġ b’mod regolari Malta fejn il-klieb flimkien mal-handlers tagħhom huma mħarrġa dwar xenarji differenti li jistgħu jseħħu bil-klieb huma kapaċi permezz tax-xamm tagħhom isibu saħansitra persuni li jkunu maqbuda taħt xi terrapien fost oħrajn.