Persuna qed titlob l-għajnuna tal-pubbliku fuq Facebook wara li membru tal-familja tagħha, li kellha d-data tat-tieġ ippjanata għat-18 ta’ Marzu, għandha lil missiera l-isptar u qed jaħsbu li ma fadallux ħafna ħajja.
Għalekk Dyna Spiteri qed titlob lill-pubbliku biex taqta’ x-xewqa ta’ din it-tfajla, li missierha jarha liebsa l-libsa tat-tieġ u li jkun preżenti għal dan il-jum tant speċjali.
Iddeċidew li t-tieġ imexxuh għal-lum fis-19:00 ta’ filgħaxija, u qed jippruvaw isibu persuni li jistgħu jgħinu fid-dekorazzjoni tal-post, xi fotografu, vidjografu u persuni oħra li jistgħu joffru s-servizz tagħhom għal din l-okkażjoni speċjali ta’ malajr.
Spiteri kitbet li sfortunatament il-libsa tat-tieġ għadha mhix lesta u għalekk hem bżonn l-għajnuna fuq hekk ukoll. Hi qed titlob lil kulħadd biex ikun ta’ għajnuna u jgħin lil din it-tfajla taqta’ xewtha għal dan il-mument tant speċjali. Dawk kollha li huma interessati li joffru l-għajnuna tagħhom jistgħu jagħmlu kuntatt ma’ Dyna Spiteri fuq 99838331. Il-koppja se jkun qed iwiegħdu lil xulxin l-imħabba eternà l-isptar fis-19:00 tal-lejla.