It-tema għall-budget għas-sena d-dieħla li se jressaq il-Gvern tal-Prim Ministru Robert Abela llejla fil-Parlament hija ‘Maltin b’saħħitna ‘l quddiem’.
Fuq il-profil tiegħu ta’ Facebook, il-Prim Ministru qal li dan il-budget se jkun wieħed li jikkonferma li pajjiżna huwa b’saħħtu u mmexxi minn moviment li tassew jemmen fl-Għawdxin u fil-Maltin.
Qal li l-budget se jinvesti l-miljuni biex tikber l-ekonomija, u biex jinħoloq u jinfirex il-ġid.
Flimkien, se ntejbu l-kwalità tal-ħajja tal-familji kollha biex inkomplu mexjin ’l quddiem.
Fil-fatt ilbieraħ il-Prim Ministru qal li fejn qabel, il-Gvern kien iqassam mal-€35 miljun, bil-budget għas-sena d-dieħla, il-Gvern se jkun qed jagħti lin-nies f’buthom €100 miljun.
Aktar qabel kien ħabbar li l-għajnuna fil-ħlas tal-pagi, magħrufa bħala Covid Wage Supplement se tiġi estiża.
'Maltin b’Saħħitna ’l Quddiem' hija t-tema tal-Budget 2021.Se jkun budget li jikkonferma li pajjiżna huwa b’saħħtu u…
Posted by Robert Abela on Monday, October 19, 2020