Emma Montebello rebħet il-kategorija ta’ taħt l-14-il sena waqt it-38 edizzjoni tat-tournament internazzjonali tat-tennis għaż-żgħażagħ Lemon Bowl, li ntlagħab bejn is-27 ta’ Diċembru u s-6 ta’ Jannar

Fl-edizzjoni ta’ din is-sena, 4 Maltin ikkompettew f’dan it-tournament; Emma Montebello (bniet taħt l-14-il sena), Sophia Arpa (bniet taħt l-10 snin), Cosmo De Trafford (subien taħt it-12-il sena) u Kelian Lauwers (subien taħt it-12-il sena)
