Uffiċjali tad-Dwana kkonfiskaw €19,000 mhux iddikjarati fl-ajruport minn fuq Maltija li kienet sejra Istanbul.
Meta ġiet mistoqsija kemm kellha flus fuqha, il-mara ppreżentat €26,000 fejn wara tfittxija nstab li kellha €3,200 oħra.
Il-passiġġiera ngħatat lura €10,000 skont il-liġi filwaqt li l-kumplament tal-flus ġew ikkonfiskati fejn se jiġu ppreżentati fil-Qorti meta l-passiġġiera titressaq.