It-tabib Frank Portelli ħabbar li oħtu Rosalie li tgħix l-Ingilterra tilfet il-battalja tagħha kontra l-Coronavirus.
Dan ħabbru hu fuq is-sit soċjali ta’ Facebook filwaqt li appella l-pubbliku biex jieħu l-prekawzjonijiet kollha fil-konfront tal-COVID-19.
Huwa mifhum li l-mara kienet rikoverata l-isptar fl-Ingilterra għal dan l-aħħar ġimgħa.