Din hi s-Sinjura Alida Pagnelli, Maltija li ltaqa’ magħha l-Ministru Carmelo Abela waqt li kien qed jattendi għal kunċert li tellgħu s-Soċjetà Mużikali Beland f’Ruma.
Alida rrrakkuntat lil Ministru u t-tim tiegħu, kif għamlet ħajjitha kollha tgħix l-Italja u ħadmet fl-Ambaxxata ta’ Malta għal Ruma ma’ kull Ambaxxatur li kellha Malta għal Ruma! Mill-ewwel wieħed l-ET Carmel Mallia li inħatar fl-1972 sa riċentement taħt l-ET Vanessa Frazier.
Illum Alida rtirata, però għadu jidher biċ-ċar is-sodisfazzjon li kellha matul il-karriera tagħha hekk kif tirrakonta id-diversi esperjenzi li għaddiet minnhom, speċjalment meta kienet ta’ assistenza lil Maltin li kienu Ruma u nqabdu f’xi diffikultà.
Alida, avolja ghexet fl-Italja minn età ċkejkna, peress li missierha kellu xogħol fl-Italja, tinżel żjarat Malta, titkellem bil-Malti sew u xorta tgħid li f’qalbha tħossha Maltija!
Il-Ministru Abela u t-tim tieħu, irringrazzjaw lil Alida tas-servizz li tat fl-Ambaxxata Maltija għal Ruma.
Ma naqasx li Alida kienet waħda mill-mijiet ta’ persuni li marret turi l-appoġġ tagħha lit-talent mużikali Malti u l-mużika Maltija li sar fil-Consevatorio di Musica Santa Cecilia, tant rinomat f’Ruma, taħt id-direzzjoni tal-Maestro Ray Sciberras.