Il-Kummissarju Malti Għoli għall-Indja, Reuben Gauci, ikkonferma ma’ ONE News li Malti ta’ 49 sena se jkun evakwat mill-Indja u jinġieb f’pajjiżna hekk kif jinsab marid serjament bil-COVID-19 fi sptar fi New Delhi.
Dan ir-raġel ġie pożittiv għall-virus hekk kif jinsab fl-Indja flimkien ma’ martu biex jadottaw tifla.
Il-koppja ġew pożittivi għall-virus meta kienu qed jagħmlu l-aħħar arranġamenti biex jerġgħu jiġu Malta.
Il-kundizzjoni medika tal-Malti gravat il-ġimgħa l-oħra, tant li t-tobba kienu qed jikkunsidraw li jinsab f’koma.
Is-sitwazzjoni tal-pandemija f’dan il-pajjiż hija waħda gravi, hekk kif l-awtoritajiet Indjani spiċċaw mingħajr ossiġnu.
Ir-raġel mistenni jinġieb f’pajjiżna, b’ambulanza tal-ajru Franċiża, u waqt il-vjaġġ se jkollu ventilator.
Għadu mhux magħruf jekk flimkien mar-raġel, hux se jinġiebu martu u t-tifla.